Project Fedra

X’Inhu l- Għarfien tal-Fertilita’?

Għajnuna għat-trobbija  responsabbli tfisser li toħloq kundizzjonijiet  sabiex kull ħajja ġdida  tiġi milqgħuha mill-bidu tal-ħajja tagħha ġod-dinja.  Għalkemm kulħadd jaqbel illi kull tarbija ġdida hija barka, il-wasla tagħha tista’ tħarbat xi ftit  lill-ġenituri, għaliex jiżdiedu x-xogħol u d-dmirijiet prattiċi u tar-relazzjonarijiet bejniethom.  Ġenituri responsabbli huma koppja jew familja li għandhom ir-riżorsi li b’mod attiv jiddeċiedu meta jilqgħu ħajja ġdida ta’tarbija, bbażata fuq ix-xewqa tagħhom, stat psikoloġiku, u s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom.   Ġenituri responsabbli huma kapaċi li joħolqu bil-quddiem l-aħjar ambjent għat-tarbija li  titwieled.

B’hekk kultura mifruxa  ta’ trobbija responsabbli tista’ tgħin sabiex ikun hemm aktar familji stabbli u sitwazzjonijiet anqas diffiċili sabiex fihom jittrabbew l-ulied.  Din l-istabbilita` fit-trobbija ta’l-ulied minn naħa tnaqqas il-piż fuq is-soċjeta` ta’ tqaliet mhux mistennija jew sitwazzjonijiet diffiċli għall-familji (li jinkludu wkoll trobbiija minn ġenitur wieħed), u minn naħa l-oħra toffri trobbija aħjar għaż-żgħażagħ ta’għada.  Ukoll, uil-promozzjoni ta’ trobbija   responsabbli  hu mod kif tnaqqas r-rata baxxa ta’ twelid fl-Ewropa li nfirxet matul dawn l-aħħar għaxar snin.

It-teħid ta’deċiżjonijiet fit-trobbija jiddependi minn ħafna fatturi ta’ natura  soċjali, ekonomika u psikologika, iżda l-fattur ewlieni jibqa’l-għarfien tal-fertilita`.  L-għarfien dwar kif taħdem is-sesswalita’ tal-bniedem (il-fiżjoloġija tal-fertilita’), tal-valuri tagħha (it-twemmin personali fuq is-sesswalita` u l-possibilita` ta’ tilwim bejn il-koppja fuq per eżempju minhabba kulturi u drawwiet differenti), flimkien mat-tagħlim fuq kif tiġi regolata il-fertilita’, huma mehtiega  għal-trobbija responsabbli.