Project Fedra

Taħriġ Fl-Għarfien tal-Fertilita’

Il-programmi ta’ l-Għarfien tal- Fertilita’ jinkludu tagħlim dwar il-fiżjoloġija tal-fertilita’, problemi ta’ fertilita’, metodi kontraċettivi, l-etika tas-sesswalita’, eċċ.  L-Għarfien tal-Fertilita’ jinvolvi tagħlim dwar is-saħħa u mġieba sesswali, kemm għall-familji żgħażagħ, kif ukoll għall-adolexxenti, li jkunu qed jiffurmaw l-identita’ sesswali tagħhom.  B’mod partikolari, l-Għarfien tal-Fertilita’ huwa relevanti għall-immigranti, li ħafna drabi jkollhom valuri tal-fertilita’ u familja differenti minn dak tal-ambjent kulturali fejn jinsabu u ghal gruppi oħra vulnerabbli.

L-Għarfien tal-Fertilita’ huwa ukoll   importanti għan-nisa biex ikunu jistgħu jimmaniġġjaw il-karriera u l-ħajja professjonali tagħhom:  Għajnuna lit-taħriġ fl-Għarfien tal-Fertilita’ tfisser għajnuna lil ugwaljanza bejn in-nisa u l-rġiel.   Fl-aħħar, taħriġ fl-Għarfien tal-Fertilita’ hu opportunita’ għal nisa żgħar (ommijiet ta’ għada) u nisa/ommijiet  li jridu  jkomplu l-edukazzjoni tagħhom.

Sabiex ikun hemm kwalita’ fl-edukazzjoni fl-Għarfien tal-Fertilita’ għal adulti, jinħtieġ preparazzjoni ta’ għalliema mħarrġa sewwa, li jkunu mgħejjuna b’materjal ta’ taħriġ ta’ kwalita’ tajba.  Programmi dwar l-edukazzjoni sesswali fi skejjel Ewropej spiss jipprovdu informazzjoni dwar kontraċezzjoni u mard trasmess sesswalment, imma qajla jitkellmu dwar l-Għarfien tal-Fertilita’.  Kif ukoll edukazzoni fl-Għarfien tal-Fertilita’ huwa aktar rilevanti għal adulti, li huma ffaċċjati direttament b’deċiżjonijiet li jirrigwardjaw il-ħajja familjari.  L-Għarfien tal-Fertilita’ jinkludi tekniki u tradizzjonjiet differenti, u t-tagħlim fl-Għarfien tal-Fertilita’ jfisser li tapplika kontenut varjat lil adulti mħallta – differenti minħabba  kulturi , valuri,  u stil u abitudini ta’ tagħlim eċċ.